Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
RUMA – Pietro

Li nkun voluntier ma’ flimkien.eu kienet opportunità inkredibbli għalija biex ninteraġixxi maż-żgħażagħ Ewropej u ninvolvi ruħi f’diskussjonijiet importanti dwar il-futur tal-UE.

Permezz tal-inizjattivi ta’ flimkien.eu, kelli l-opportunità li nżur kemm l-istituzzjonijiet nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej, fejn mhux biss osservajt, iżda ppreżentajt ukoll il-proposti tal-ġenerazzjoni tiegħi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

L-avvenimenti “Europa Anno Zero” li saru fi “Spazio Europa” f’Ruma fir-rebbiegħa tal-2022 kienu partikolarment speċjali għalija. Dawn l-avvenimenti ppermettewli ninteraġixxi ma’ network ta’ assoċjazzjonijiet tal-istudenti universitarji f’Ruma u nitgħallem dwar iċ-Ċentri Europe Direct fil-belt. Barra minn hekk, l-avveniment online dwar il-lobbjar ċiviku fi Frar tal-2023 ipprovda għarfien siewi dwar strateġiji ta’ komunikazzjoni effettivi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ.

flimkien.eu u #UżalVotTiegħek huma importanti ħafna. Jgħinu lilna ż-żgħażagħ insemmgħu leħinna fid-deċiżjonijiet tal-UE. Din hija aktar minn sempliċiment pjattaforma online; hija komunità pan-Ewropea vibranti u attiva. Tatni l-opportunità li nkun parti minn sforz kollettiv biex insawwar futur aħjar, u determinat li nħalli impatt pożittiv, speċjalment għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2024.