flimkien.eu: Id-demokrazija tagħmilna dak li aħna

Aħna komunità ta’ nies li jemmnu fid-demokrazija u li jridu jagħtuha tifsira reali hekk kif joqorbu l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Għaliex hi importanti, u fuq kollox, għaliex għandha tkun importanti għalik?

  • id-demokrazija tagħmilna dak li aħna. Magħha ġġib il-paċi, il-libertà u kwalità ta’ ħajja tajba għaċ-ċittadini Ewropej. Hija tibda kull fejn tkun int, ikun xi jkun il-mument meta tiddeċiedi li tbiddel xi ħaġa li hi importanti għalik, sew jekk tkun kbira sew jekk tkun żgħira, ngħidu aħna meta tiffirma petizzjoni, tieħu sehem f’avveniment jew teżerċita d-dritt li tivvota.
  • imma d-demokrazija tibqa’ dejjem xogħol li ma jispiċċa qatt. Faċli ninsew li d-demokrazija hija magħmula minn individwi. Aktar ma nkunu li naħdmu flimkien fuqha, u aktar ma nkunu li nivvutaw, aktar tissaħħaħ id-demokrazija. Dejjem jibqa’ lok għal titjib. Il-proġett tal-Unjoni Ewropea dejjem kien u għadu jinbena kontinwament. L-istess jgħodd għad-demokrazija.
  • flimkien, nimxu ’l quddiem. Id-demokrazija Ewropea hija valur fundamentali komuni għal kull wieħed u waħda minna, ikunu xi jkunu l-affiljazzjoni jew l-opinjonijiet politiċi tagħna. Huwa ħafna aktar faċli li nappoġġjawha flimkien milli nieħdu azzjoni għal rasna.  Illum, għexieren ta’ eluf ta’ nies qed jingħaqdu magħna minn madwar l-UE kollha, lesti jsemmgħu leħinhom u jieħdu azzjoni biex jiżguraw li naħdmu ħalli nsaħħu dan il-valur fundamentali li jirfed l-istil ta’ ħajja tagħna fl-Ewropa.
Flimkien.eu huwa proġett immexxi mill-Parlament Ewropew, maħsub biex iħeġġeġ kemm jista’ jkun nies biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja demokratika tal-Ewropa u, b’mod partikolari, biex iħeġġeġ lin-nies joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej fl-2024.

Biex dan isir, flimkien.eu jgħaqqad in-nies fil-livell lokali kif ukoll Ewropew biex jiltaqgħu, jaqsmu flimkien l-għarfien, jitgħallmu ħiliet ġodda u jwasslu l-messaġġ tagħna lill-komunitajiet ta’ madwarna. Għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, il-komunità tagħna laqqgħet aktar minn 300 000 ruħ li b’mod attiv għenu biex jippromwovu l-elezzjonijiet. Illum, flimkien.eu hija komunità dinamika u konnessa li qed tikber u taħdem biex tmexxi ’l quddiem id-demokrazija Ewropea u biex ilkoll nagħmlu il-parti tagħna biex inħeġġu lill-oħrajn jivvutaw fl-2024, għax aktar ma jivvutaw nies, aktar id-demokrazija ssir b’saħħitha!   

Għal min hu flimkien.eu?

flimkien.eu huwa għal kull min irid jiddefendi d-demokrazija fl-Ewropa billi jgħin biex iħeġġeġ lin-nies joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Huwa komunità ta’ ċittadini individwali minn kull rokna tal-UE, iżda organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew networks taż-żgħażagħ ta’ kull tip jirreġistraw ukoll bħala sħab u sostenituri għall-istess kawża.
flimkien.eu jagħti s-setgħa lis-sostenituri kollha tad-demokrazija Ewropea billi jagħmilhom aktar b’saħħithom u aktar kunfidenti biex isemmgħu leħinhom, jaqsmu l-valuri tagħhom u jieħdu azzjoni, bis-saħħa tal-forza ta’ komunità. Fostna nilqgħu lil volontiera ta’ kull età u minn kull sfond, kif ukoll gruppi jew organizzazzjonijiet. Tkun fejn tkun, tagħmel x’tagħmel, ikunu xi jkunu l-kawża jew il-konvinzjonijiet tiegħek, kulma nitolbuk hu li jkollok l-istess impenn tagħna favur id-demokrazija.

X’nagħmlu aħna – u x’tista’ tagħmel int?

Se tiltaqa’ ma’ Ewropej li jifhmuha bħalek, tibni kuntatt magħhom u titgħallem dwar l-ideat u l-proġetti tagħhom. Se naqsmu l-għarfien tagħna u ngħinuk tiżviluppa l-ħiliet tiegħek: tuża l-vuċi tiegħek, tesprimi l-ideat tiegħek għall-futur u tikkollabora ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi fl-Ewropa. Se ngħinuk tiskopri persuni, gruppi u organizzazzjonijiet li jinteressaw ruħhom fl-istess affarijiet li huma importanti għalik. Se jkollok konnessjoni unika mal-Parlament Ewropew u tkun tista’ tidħol f’kuntatt mat-timijiet tiegħu fl-Ewropa kollha. Fl-aħħar nett, se niċċelebraw is-suċċessi kollettivi tiegħek u tagħna. Flimkien.

Dan kif se nagħmluh?

Is-sit web flimkien.eu huwa l-punt ċentrali għall-attivitajiet kollha tagħna u tiegħek biex nippromwovu d-demokrazija u l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Il-messaġġi regolari permezz tal-email joffru ideat konkreti dwar avvenimenti li tista’ torganizza, azzjoni li tista’ tieħu u ideat li tkun tista’ taqsam ma’ ħaddieħor. Nagħtu l-għodda neċessarja lil kulħadd biex jieħu sehem f’avvenimenti, jorganizza l-avvenimenti tiegħu stess u, imbagħad, jaqsam l-istejjer ta’ suċċess tiegħu mal-komunità. Għal min jixtieq jinvolvi ruħu aktar, it-timijiet tagħna fl-Ewropa kollha, l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew, se jikkuntattjawk u joffrulek taħriġ u appoġġ ħalli tkun tista’ tikseb l-akbar effett multiplikatur possibbli.  Fuq is-sit web se jkollok aċċess dirett għall-materjal ta’ kampanja u ta’ komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew u dan tkun tista’ tniżżlu u tużah fl-attivitajiet tiegħek. Fl-istess ħin, tista’ taqsam il-kontributi u l-materjal tiegħek ma’ oħrajn biex jitgħallmu minnu.

together.eu: Together for democracy

There’s something I want to tell you, it’s important.

It’s about something invisible that truly touches all our lives.

It’s all around us.

Yet quite often, we do not notice it enough.

Or only when it disappears.

When it’s too late.

It’s a very unique place.

A place where everyone is welcome.

No matter the team you support or the clothes you wear.

A place where you can speak freely without going to jail.

A place where you don’t die for a strand of hair.

A place where the future isn’t in only one man’s hands.

Where you can kiss whoever you want.

Where we can feel safe and take care of each other.

And where our kids would want to live too.

A place where we unite against adversity and decide on our future together.

It’s a precious place.

It’s called democracy.

Together, let’s keep it strong.

Join together.eu for democracy.