Għalkemm barranija, xorta nħoss li integrajt sew bħala parti mill-komunità.

Meta sirt volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li nipparteċipa f'avvenimenti li ħallewni nqarreb liż-żgħażagħ lejn l-affarijiet Ewropej.

Meta sirt volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li nipparteċipa f'avvenimenti li ħallewni nqarreb liż-żgħażagħ lejn l-affarijiet Ewropej. Organizzajt workshops bejn il-komunità ta' flimkien.eu u l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ Ewropea "One Hour For Europe", li minnha nagħmel parti, u din il-parteċipazzjoni tippermettili wkoll naġġorna ż-żgħażagħ bl-għanijiet u bl-interessi tal-Unjoni Ewropea, l-opportunità ta' traineeships offruti mill-istituzzjonijiet tagħha, eċċ.

Waqt li kont volontarja ta' flimkien.eu, kelli wkoll l-opportunità li nagħmel kuntatt saħansitra aktar mill-qrib ma' uffiċjali tal-Parlament Ewropew, bħal Jaume Duch, u li naqsam l-opinjoni tiegħi dwar dak li jista' jsir biex iż-żgħażagħ jiġu mmotivati jieħdu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej u kif nistgħu nrawmu sentiment Ewropew fost iż-żgħażagħ. Dan għamiltu f'laqgħa li kienet organizzata fl-uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Portugall, ma' żgħażagħ Portugiżi oħra li huma attivisti u volontarji ta' flimkien.eu. 

Bħala volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li ninvolvi ruħi fil-valuri li fihom nidentifika ruħi, li nagħti kontribut permezz tal-volontarjat, iżda wkoll stajt norganizza workshops, nipparteċipa f'fieri u naqsam informazzjoni dwar dak li aħna u dak li nagħmlu ma' żgħażagħ oħrajn, u stajt nagħti l-ideat tiegħi lill-personalitajiet li għandhom impatt fuq il-mod kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Minkejja li ma niġix minn dan l-ambitu, inħossni integrata ferm tajjeb biex inkun nista' nagħmel parti mill-komunità.

Bħala volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li ninvolvi ruħi fil-valuri li fihom nidentifika ruħi.

Mariana, Portugal