Il-waqt li ningħaqdu!

Aktar ma nkunu attivi, aktar ikun aħjar il-ġejjieni Ewropew li qed jistenniena

Jisimni Ruben, għandi 26 sena u wara li ggradwajt fl-Istudji Ewropej sirt naf li stajt inżid dik ix-xi ħaġa iżjed ma' dak li tgħallimt. 

Bdejt infittex l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, kif titmexxa, kif taħdem, dwar l-istituzzjonijiet tagħha u wara li attendejt l-EYE2021 online, skoprejt flimkien.eu u fl-istess waqt il-pjattaforma unidos.eu (il-verżjoni Portugiża ta' flimkien.eu).

Wara r-reġistrazzjoni tiegħi ma' unidos.eu sirt naf li stajt ikolli aċċess għal bosta avvenimentikemm online kif ukoll b'parteċipazzjoni fiżika. Attendejt diversi webinars u seminars u l-esperjenza kienet inkredibbli. Il-qsim ta' ideat u ta' għarfien f'oqsma differenti hija ferm attraenti u stajna saħansitra nikkontribwixxu bl-ideat permezz tal-pjattaforma. 

Huwa tassew possibbli nibnu u naqsmu flimkien l-għarfien mill-bogħod! 

Tista' tattendi webinars ma' diversi Membri tal-PE, kemm Portugiżi kif ukoll barranin, tkun taf fejn se jittellgħu avvenimenti oħra fl-UE jew anki tagħżilhom skont is-suġġetti li jinteressawk. Għandek ukoll il-possibbiltà li tagħżel l-avvenimenti li ma jsirux bl-Ingliż, li fil-fehma tiegħi huma ferm interessanti billi huwa mezz kif tarrikkixxi l-firxa lingwistika tiegħek.

F'termini ġenerali, naħseb li l-idea kreattiva u innovattiva immens, fi żminijiet tant diffiċli bħaldawk li għaddejjin minnhom, li jkollok il-pjaċir li tifforma parti minn pjattaforma/komunità bħal unidos.eu hija sempliċement "tal-ġenn" għax tippermettilek ikollok aċċess għal forma għalkollox ġdida ta' għarfien li s'issa kienet aktar diffiċli.

Inħoss ukoll li l-komunità hija aċċessibbli ħafna, għalhekk diġà rrakkomandajtha lil diversinies, għax, minkejja l-perkors akkademiku tagħna, ma għandniex ninsew li aħna lkoll Ewropej.

Ingħaqadt magħha għax nixtieq inkun ċittadin Ewropew attiv fl-affarijiet Ewropej u ngħin lil kemm jista' jkunu nies billi nispjegalhom dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif taħdem l-UE. Naħseb li iktar kemm inkunu attivi, aktar ikun aħjar il-ġejjieni Ewropew li qed jistenniena.


Fil-qosor, dan kollu nħoss li huwa pjattaforma Ewropea, għall-Ewropej.

Ruben