Appoġġ u Għajnuna lill-Intrapriżi żgħar u medji f’Ewropa wara l-Covid

Παρασκευή 11 Δεκεμβρίου 2020 9:00 π.μ. 11:00 π.μ.
Europa Experience - David Sassoli Piazza Venezia 6c (Roma)
1 Συμμετέχων
Malta
Odoo • A picture with a caption
Add a caption to enhance the meaning of this image.

L-Intrapriżi Żgħar u Medji minn dejjem imdorrijin jissieltu ma' bosta sfidi, imma issa, aktar minn qabel waqt Covid u l-impatt li żgur din se tħalli warajha, qed jaffaċċjaw sfidi kbar. 

Din is-sessjoni  se tħares lejn dan is-settur flimkien mal-MPEs Maltin biex flimkien ikun hemm diskussjoni ta' kif l-UE, u b'mod partikolari permezz tal-MPEs, jistgħu jkunu ta' appoġġ u għajnuna. 

Is-sessjoni se ssir bil-Malti imma se jkun hemm interpretazzjoni bl-Ingliż. 

Biex tirreġistra mur fuq:

https://us02web.zoom.us/webinar/register/WN_DNZAGaPEQpC7-fg8agU9DQ

Programm

9.00 Introduzzjoni

  • Dr Mario Sammut, Kap, Uffiċċju tal-Parlament Ewropew, Valletta

  • MPE Roberta Metsola, Viċi-President, Parlament Ewropew.

9.15 Indirizz minn Ms Veronique Willems, DG, SME United

9.30 Diskussjoni mmexxija minn Mr Jesmond Saliba ma’:

  • MPE Alfred Sant

  • MPE Alex Agius Saliba 

  • MPE Josianne Cutajar

  • MPE Cyrus Engerer 

  • Ms Abigail Mamo, CEO, Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji

10:30 Konklużjoni